Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2015 – Vakoma vs UASI – VACOM (VAKOMA)

(Kawża T-535/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VAKOMA – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VACOM – Rikors promotur – Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdebourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)

SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 908/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH u Vakoma GmbH. DispożittivIr-rikors huma miċħud bħala manifestament inammissibbli. Vakoma Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż.