Language of document : ECLI:EU:T:2014:738





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Settembru 2014 –Verein Natura Havel u Vierhaus vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑538/13)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Ittra ta’ intimazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li tirrigwarda l-konformità tad-dritt Ġermaniż tal-avjazzjoni mad-dritt tal-Unjoni – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111) (ara l-punti 23, 24)

2.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni – Teħid ta’ pożizzjoni inizjali fil-kuntest tal-proċedura dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni – Att preparatorju (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 29, 30)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 36, 37)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Applikazzjoni għad-dokumenti relatati ma’ proċedura pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 48, 49)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti – Esklużjoni tal-obbligu – Kundizzjonijiet – Possibbiltà li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4) (ara l-punti 50, 52, 53)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Applikazzjoni għad-dokumenti relatati ma’ proċedura pendenti għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Preżunzjoni ġenerali li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess tapplika għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Ammissibbiltà – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 54, 55, 57, 59, 61‑63, 65, 67)

7.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 75)

8.                     Drittijiet fundamentali – Libertà ta’ espressjoni – Rikonoxximent fl-Artikoli 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Tifsira u portata identiċi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11 u 52(1)) (ara l-punt 77)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad it-talba inizjali għal aċċess għal ittra ta’ intimazzjoni indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 258 TFUE u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għal din l-ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verein Natura Havel eV u Hans-Peter Vierhaus huma kkundannati għall-ispejjeż.