Language of document : ECLI:EU:T:2016:235





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ April 2016 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑539/13)

“Rikors għal annullament – Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Proġetti MARE, Senior u ECRN – Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa – Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Natura tal-motivi invokati – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Att separat – Assenza – Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 73-75)

2.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punti 76-78, 99-101, 115, 136, 138)

3.                     Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv – Deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà – Motivi dwar dispożizzjonijiet kuntrattwali u d-dritt nazzjonali applikabbli – Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE, 288 TFUE u 299 TFUE) (ara l-punti 84-91, 97, 116, 120, 123, 128)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4693 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 212 411.89, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Inclusion Alliance for Europe GEIE hija kkundannata għall-ispejjeż.