Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Lulju 2011 - Maruccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/10 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġonevoli għall-ippreżentar ta' talba għad-danni - Dewmien - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Luigi Maruccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn de A. DaI Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla), tad-9 ta' Lulju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-91/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 317, 20.11.2010.