Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2008 - Simon vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-34/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Simon (Nouackhott, il-Mawritanja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kontroversja

L-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal li ma jinkludix l-isem tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew minn kompetizzjoni u fid-database CAST 27/Relex.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal li ma jinkludix l-isem tar-rikorrenti fil-lista ta' dawk li għaddew minn kompetizzjoni u fid-database CAST 27/Relex;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________