Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2021 – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

(Kawża C-268/21)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Norra Stockholm Bygg AB

Konvenut: Per Nycander AB

Parti oħra fil-proċedura: Entral AB

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) u (4) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 1 jikkonċernaw ukoll ir-regoli proċedurali nazzjonali relattivi għall-obbligi fil-qasam tal-obbligu li jiġu kkomunikati provi?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jimplika li, waqt l-evalwazzjoni tal-punt jekk għandhiex tiġi ordnata l-komunikazzjoni ta’ att li fih data personali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-interessi tal-persuni kkonċernati? F’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni jimponi kundizzjonijiet relattivi għall-metodi ta’ din l-evalwazzjoni?

____________

1     Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).