Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Tivoli – l-Italja) - Francesco Fierro, Fabiana Marmorale vs Edoardo Ronchi, Cosimo Scocozza

(C-106/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Assenza – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Tivoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesco Fierro, Fabiana Marmorale

Konvenuti: Edoardo Ronchi, Cosimo Scocozza

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunale di Tivoli - Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, moqri flimkien mal-Artikolu 6 TUE u mal-Artikoli 17 u 52(3) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali - Dritt għall-proprjetà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi lokali li jipprojbixxu lill-proprjetarju milli jbiegħ parti mill-proprjetà immobbli tiegħu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament nieqsa mill-ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja).

____________

1 ĠU C 141, 18.05.2013.