Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Diċembru 2012 - IBSolution vs UASI - IBS (IBSolution)

(Kawża T-533/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IBSolution GmbH (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IBS AB (Solna, l-Isvezja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors huwa fondat;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2;

tibdel id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Settembru 2012 fil-Każ R 771/2011-2, billi tagħti r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "IBSolution" għal servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 42 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8421877

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 38729 tat-trade mark figurattiva "IBS", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________