Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ottubru 2011 - Alliance One International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/05)1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta' tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Effett dissważiv - Ċirkustanzi attenwanti"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance One International, Inc., li qabel kienet Dimon Inc. (Danville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment L. Bergkamp, H. Cogels, J. Dhont, M. Marañon Hermoso u A. Emch, sussegwentement M. Odriozola Alén, J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, M. Barrantes Diaz u A. João Vide, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment É. Gippini Fournier u F. Amato, sussegwentement É. Gippini Fournier, N. Khan u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f'din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Is-sehem mill-ammont tal-multa imposta fuq Agroexpansión, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja), li għall-ħlas tiegħu Alliance One International, Inc. hija responsabbli in solidum ma' Agroexpansión, huwa ffisat għal EUR 2 187 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Alliance One International għandha tbati disa' partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tagħha u disa' partijiet minn għaxra mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, u din tal-aħħar għandha tbati parti minn għaxra mill-ispejjeż tagħha kif ukoll parti minn għaxra mill-ispejjeż ta' Alliance One International.

____________

1 - ĠU C 93, 16.04.2005.