Language of document : ECLI:EU:T:2011:76





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011 – World Wide Tobacco España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Multi – Effett dissważiv – Trattament ugwali –Ċirkustanzi attenwanti – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Kooperazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-fattur ta’ dissważjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 106, 107)

2.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Impriża - Kunċett - Unità ekonomika - Ksur imwettaq minn sussidjarja - Imputazzjoni lill-kumpannija parent - Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 118, 119, 122)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Impriża li taġixxi b’mod awtonomu fis-suq - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-kumpanniji parent (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 117, 123, 124)

4.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Assenza - Inammissibbiltà - Żvilupp ta’ argumenti fir-replika - Nuqqas ta’ effett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 130, 131, 136)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Evalwazzjoni - Neċessità ta’ teħid inkunsiderazzjoni separat ta’ kull ċirkustanza - Assenza - Evalwazzjoni globali (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punt 152)

6.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - L-ewwel każ ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni f’settur partikolari tal-ekonomija - Tmiem tal-ksur wara l-intervent tal-Kummissjoni - Inklużjoni - Kundizzjonijiet - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, it-tielet inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 160, 162, 163)

7.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva ta’ ftehim - Evalwazzjoni tal-livell ta’ aġir individwali ta’ kull impriża - Obbligu, għall-impriża, lil tkun opponiet b’mod ċar u kunsiderevoli l-implementazzjoni tal-akkordju - Oneru tal-prova (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, it-tieni inċiż tal-punt 3) (ara l-punt 164)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji -Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata - Kundizzjonijiet - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 188-190)

Suġġett

Talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 − Tabakk mhux ipproċessat − Spanja.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq World Wide Tobacco España, SA fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2) − Tabakk mhux ipproċessat − Spanja) huwa ffissat għal EUR 1 579 500.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

World Wide Tobacco España għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż sostnuti minn World Wide Tobacco España.