Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007 - Coats Holdings u Coats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/05)1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-prodotti tal-haberdashery (labar)- Distribuzzjoni tas-suq tal-prodotti - Distribuzzjoni tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-provi - Parteċipazzjoni għal-laqgħat - Ftehim bejn tliet partijiet - Multa - Gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coats Holdings Ltd (Uxbridge, Middlesex, Ir-Renju Unit) u J & P Coats Ltd (Uxbridge) (rappreżentanti: W. Sibree u C. Jeffs, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 - PO/Needles) u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta' Ottubru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 [KE] (Kawża COMP/F-1/38.338 - PO/Needles) hija annullata safejn tikkonstata li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 81(1) KE wara t-13 ta' Marzu 1997.

L-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 20 miljun.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu żewġ terzi ta' l-ispejjeż tagħhom u żewġ terzi ta' l-ispejjeż tal-Kummissjoni, li għandha tbati terz ta' l-ispejjeż tagħha u terz ta' dawk tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 93, 16.4.2005.