Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2012 — Ligny Pesca di Guaiana Francesco et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/08)

“Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Possibbiltà li rikors ippreżentat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jkun ibbażat fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 16)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi miżuri ta’ urġenza li jirrestrinġu s-sajd għat-tonn — Att ta’ portata ġenerali — Rikors ta’ proprjetarji ta’ bastimenti awtorizzati jistadu għat-tonn — Rikorrenti li ma humiex ikkonċernati individwalment — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 18-23, 27-30)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interpretazzjoni contra legem tal-kundizzjoni relatata man-neċessità li persuna tkun individwalment ikkonċernata — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punt 32)

4.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi miżuri ta’ urġenza li jirrestrinġu s-sajd għat-tonn — Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tiġbor fi ħdanha l-proprjetarji kollha ta’ bastimenti attivi fis-settur tas-sajd, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-ħut — Membri tal-assoċjazzjoni li ma jistgħux huma stess jieħdu azzjoni — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 34, 35)

Suġġett

Annullament tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

2)

Ligny Pesca di Guaiana Francesco e C. Snc u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.