Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 - AJD Tuna vs Il-Kummssijoni

(Kawża T-329/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: AJD Tuna Ltd (Mosta Road, Malta) (rappreżentant: M. Annoni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran b'referenza partikolari għall-Artikolu 3 tal-istess regolament

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawżi T-305/08 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni u T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni. Qed jiġi invokat b'mod partikolari l-ksur tal-prinċipju tal-aspettativi leġittimi, safejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja fuq is-sajd tat-tonn qajmet fir-rikorrenti aspettattiva raġonevolment ibbażata fuq il-leġittimità tal-attività tagħha ta' trobbija u tismim.

____________