Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta Jannar 2016 – Ntouvas vs ECDC

(Kawża T-94/13 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Evalwazzjoni – Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010 – Ċħid tar-rikors fl-ewwel istanza – Terminu għall-preżentata tad-difiża – Proroga – Ċirkustanzi eċċezzjonali – Artikolu 39(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Regolarità tal-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ioannis Ntouvas (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: inizjalment R. Trott, sussegwentement J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012, Ntouvas vs ECDC (F-107/11, ĠabraSP, EU:F:2012:182), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Ioannis Ntouvas huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 114, 20.04.2013.