Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Kneipp vs EUIPO – Patou (Joyful by nature)

(Kawża T-157/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kneipp GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jean Patou (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Joyful by nature” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 159 946

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 532/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell ippreżentat mir-rikorrent kontra r-rifjut tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-Klassijiet 3, 4, 35 u 44;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċidmenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________