Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rayonen sad Lukovit - il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra IC

(Kawża C-558/23 1 , Dramanova 2 )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta – Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Proprjetà intellettwali – Att li jippreġudika d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Sanzjonijiet kriminali u amministrattivi – Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

IC

Fil-preżenza ta’: Rayonna prokuratura Lovech, TO Lukovit

Dispożittiv

L-ewwel u t-tieni domanda tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Qorti Distrettwali ta’ Lukovit, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2023, huma manifestament inammissibbli.

L-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ użu fil-kummerċ ta’ trade mark mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt esklużiv fuq din it-trade mark, li l-istess aġir jista’ jiġi kklassifikat kemm bħala reat amministrattiv kif ukoll bħala reat kriminali, mingħajr ma tistabbilixxi kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn ir-reat amministrattiv u r-reat kriminali, sa fejn l-elementi li jikkostitwixxu r-reat huma deskritti b’termini identiċi fil-liġi kriminali u fil-liġi dwar it-trade marks.

____________

1     ĠU C C/2023/644.

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.