Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj- ir-Rumanija) – NG, OH vs SC Banca Transilvania SA
(Kawża C-81/19) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(2) – Kunċett ta’ “Dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi” – Dispożizzjonijiet supplenti – Kuntratt ta’ self redatt f’munita barranija – Klawżola dwar ir-riskju tal-kambju)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NG, OH
Konvenuta: SC Banca Transilvania SA
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, iżda li tirrifletti regola li, skont il-liġi nazzjonali, tapplika bejn il-partijiet kontraenti meta ma jkun ġie miftiehem ebda arranġament ieħor f’dan ir-rigward, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
____________
1 ĠU C 187, 3.6.2019