Language of document : ECLI:EU:T:2016:454





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 –
Generics (UK) vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑469/13)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Multi”

1.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kompetizzjoni potenzjali – Possibbiltà reali u konkreta għal impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li tidħol b’riskju fis-suq fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali protetti bi privattivi – Ftehim bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriżi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jista’ jostakola dan id-dħul – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 69‑75, 87, 93‑97, 102, 105, 106, 110, 113, 116, 117, 120, 220)

2.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizji – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Applikabbiltà – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Artikoli 101(1) TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 76‑84, 89, 214)

3.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali tal-iżvilupp tiegħu – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 132‑138, 149‑152, 329)

4.                     Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Pagamenti bil-kontra ta’ natura sproporzjonata marbuta ma’ esklużjoni tal-kompetituri mis-suq – Inammissibbiltà (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 144, 213, 243‑245, 253, 260‑264, 275)

5.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – L-iktar soluzzjoni profittabbli jew l-inqas waħda ta’ riskju għall-impriżi inkwistjoni – Għan li jiġu evitati l-effetti ta’ regoli legali eċċessivament sfavorevoli – Assenza ta’ effett fuq in-natura illegali ta’ dawn il-ftehimiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 209, 210, 266, 275, 280)

6.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru – Kwistjoni ta’ fatt – Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 218)

7.                     Att tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni (Artikoli 101(1) TFUE, 296(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punt 228)

8.                     Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova – Portata (Artikolu 101(3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 346‑348, 354, 361)

9.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Natura provviżorja – Kontenut neċessarju – Limiti (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 369‑372)

10.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata (Artikoli 101(1) TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(1) u 31) (ara l-punti 398‑400, 415)

11.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettiq b’mod intenzjonat jew b’negliġenza – Kunċett – Impriża li ma setgħetx ma tkunx taf bin-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Pagamenti bil-kontra ta’ natura sproporzjonata marbuta ma’ esklużjoni tal-kompetituri mis-suq – Inklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 23(2)) (ara l-punti 407, 408, 410, 411)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Generics (UK) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.