Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Schniga/CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

(Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14) 1

(“Varjetajiet ta’ pjanti – Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer – Eżami tekniku – Distinzjoni – Prinċipji gwida ta’ eżami – Setgħa diskrezzjonali tal-president tas-CPVO”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Ekvad u F. Mattina, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, New Zealand); u Elaris SNC (Angers, Franza) (rappreżentant: M. Eller, avukat)SuġġettŻewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-20 ta’ Settembru 2013 (Każijiet A 004/2007 u A 003/2007), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Schniga Srl hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Brookfield New Zealand Ltd u ta’ Elaris SNC. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 151, 19.5.2014.