Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta̕ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali l-ġodda ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011 (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tagħha tal-24 ta’ Jannar 2013 li huwa intiż għall-applikazzjoni tad-DĠI u tar-rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħha għat-trasferiment tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni;

jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2011 tal-PMO, li tapplika l-valuri attwarjali maħruġa mid-DĠI l-ġodda;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.