Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar riċevuti mir-rikorrent matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, flimkien mar-rimbors tal-ammont diġà rkuprat u l-kumpens tad-danni morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2012, li biha r-rikorrent intalab jirrimborsa l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tiegħu mogħtija matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja;

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

konsegwentement, jirrimborsa l-ammont diġà rkuprat mill-Awtorità tal-Ħatra, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew +2 punti;

fi kwalunkwe każ, il-kumpens tad-dannu morali subit, evalwat ex aequo et bono għal EUR 5 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.