Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-293/13) 1

(“Rikorsi għal annullament u għad-danni – Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru – Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rabta kawżali – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christos Theophilou (Nikosija, Ċipru); u Eleni Theophilou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assisti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tas-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u l-ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Christos Theophilou u Eleni Theophilou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).