Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-3 ta’ Lulju 2023 – I. SA vs S. J.

(Kawża C-410/23, Pielatak 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: I. SA

Konvenut: S. J.

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(b) u (ċ), tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u d-definizzjoni ta’ konsumatur li tinsab fih, kif ukoll il-premessa 17 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 japplikaw ukoll għal bidwi li jikkonkludi kuntratt ta’ xiri ta’ elettriku kemm għall-azjenda agrikola kif ukoll għal finijiet privati ta’ użu domestiku?

L-Artikolu 3(5) u (7), il-premessa 51 u l-paragrafu 1 (a) u (e) tal-Anness I, tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE 1 , li jiddikjaraw li l-konsumaturi ma jkollhom iħallsu xejn fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi tal-elettriku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-possibbiltà li tiġi imposta penalità kuntrattwali lil klijent li għandu l-istatus ta’ konsumatur tal-enerġija, fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ elettriku konkluż għal żmien determinat (l-Artikolu 4j(3a) tal-ustawa z dnia 10 kwietnia 1997 r. prawo energetyczne (il-Liġi tal-10 ta’ April 1997 dwar l-Enerġija)) ?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.

1     ĠU 2011, L 304, p. 64, rettifika fil-ĠU 2024, L 2024/90093.

1     ĠU 2009, L 211, p. 55.