Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Awwissu 2008 - Aldi Einkauf vs UASI Goya Importaciones y Distribuciones (4 OUT Living)

(Kawża T-307/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks, C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Goya Importanciones y Distribuciones SL (Cuarte de Huerva, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1199/2007-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Il-marka figurattiva "4 OUT Living" għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark reġistrata Spanjola Nru 2 604 969 tat-trade mark figurattiva "Living & Co" għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 16, 18, 21, 25, 34 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Parzjalment laqgħet l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħdet l-Appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 minħabba li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta sab illi hemm riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________