Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 – Free vs UASI – Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)

(Kawża T-127/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FREEVOLUTION TM – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks nazzjonali verbali preċedenti FREE u FREE MOBILE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Noble Gaming Ltd (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2326/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Noble Gaming Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Free SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 165, 9.6.2012.