Language of document : ECLI:EU:T:2014:51





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Frar 2014 — Free vs UASI – Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)

(Kawża T‑127/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FREEVOLUTION TM — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks nazzjonali verbali preċedenti FREE u FREE MOBILE — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva FREEVOLUTION TM — Trade mark figurattiva free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks verbali FREE u FREE MOBILE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u (2)) (ara l-punti 22, 23, 53-55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3)) (ara l-punti 27, 28)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30-35)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Rabta bejn it-trade marks (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 63, 70, 71)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat‑13 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2326/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Noble Gaming Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Free SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.