Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2024 – IServ vs EUIPO - Jordanova et (IServ)

(Kawża T-15/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: IServ GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wille, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadja Jordanova (Russe, il-Bulgarija), Victoria Dorovska (Sofija, il-Bulgarija), Stefan Jordanov (Russe)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IServ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 641 803

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1556/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

iżżomm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/626.

____________