Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Mainova vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/21) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni unika’ – Delimitazzjoni tas-suq – Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ diliġenza – Abbuż ta’ poter”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mainova AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schalast, H. Löschan u Y. Salamati, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u C. Zois, aġenti, assistiti minn F. Haus, L. Rundel u F. Schmidt, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali, tas-17 ta’ Settembru 2019, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mainova AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E. ON SE u minn RWE AG.

____________

1     ĠU C 138, 19.4.2021.