Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Stadtwerke Leipzig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/21) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni unika’ – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal smigħ – Delimitazzjoni tas-suq – Perijodu ta’ evalwazzjoni – Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Impenji – Obbligu ta’ diliġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stadtwerke Leipzig GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti, assistiti minn T. Funke u A. Dlouhy, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali, tas-17 ta’ Settembru 2019, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Stadtwerke Leipzig GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E. ON SE u minn RWE AG.

____________

1     ĠU C 138, 19.4.2021.