Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 – López Cejudo vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/13) 1

(Servizz pubbliku – Investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) – Allowance ta’ kuljum – Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal – Intenzjoni deliberata li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball – Terminu raġonevoli)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel López Cejudo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li għal bosta drabi jinżammu ammonti mis-salarji tar-rikorrent għax-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2012DispożittivIr-rikors huwa miċħud.J. M. López Cejudo għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.