Language of document :

Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2023 minn Tinnus Enterprises LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Marzu 2023 fil-Kawża T-588/21, Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products and Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

(Kawża C-360/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Tinnus Enterprises LLC (rappreżentant: A. von Mühlendahl, H. Hartwig u T. Wuttke, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Koopman International BV

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Ottubru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________