Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2010 - Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li s-CDE qatt ma ssostitwixxa lis-CDI u li mgħandhiex eżistenza legali u personalità ġuridika fil-Belġju ;

tikkundanna in solidum lill-Kummissjoni Ewropea, lil wieħed mill-membri tagħha u lil xi wħud mill-aġenti tagħha sabiex abbażi ta' danni finanzjarji jħallsu l-ammont ta' mitejn elf Euro, miżjuda bl-interessi legali ta' 10 % fis-sena sa mill-1995 u bl-interessi ġudizzjarji;

tikkundanna in solidum lill-Kummissjoni Ewropea, lil wieħed mill-membri tagħha u lil xi wħud mill-aġenti tagħha sabiex abbażi ta' danni morali u psikoloġiċi jħallsu l-ammont ta' ħames miljun Euro, miżjud bl-interessi ġudizzjarji;

tiddikjara li d-deċiżjoni li ser tingħata tkun eżekuttiva minkejja kull rikors;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż u għall-kumpens tal-proċedura stmata għal tletin elf Euro.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob il-kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-impossibbiltà li jipproċedi għall-irkupru ta' dejn li huwa kellu fil-konfront taċ-"Ċentru għall-Iżvilupp Industrijali (CDI)" wara li din l-organizzazzjoni ġiet issostitwita minn istituzzjoni konġunta tal-grupp tal-Istati ACP (Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) u tal-Unjoni Ewropea bl-isem "Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriżi (CDE)".

____________