Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2012 - Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums)

(Kawża T-366/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 523/2012-4 u tirriformaha fis-sens li l-appell quddiem l-UASI jiġi kompletament miċħud;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Yogurt-Gums" għal prodotti fil-klassijiet 6, 24 u 30 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 9 455 197

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________