Language of document : ECLI:EU:T:2014:990





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —
Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI — Beverage Trademark (KASTEEL)

(Kawża T‑374/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva KASTEEL — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTEL BEER — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 40-43)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Saħħa probatorja tal-provi — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3) u 78(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3)) (ara l-punt 61)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 67, 68, 113)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 74)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 81-83, 90, 91)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 84)

8.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva KASTEEL u trade mark verbali CASTEL BEER (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 114-117)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2551/2010‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beverage Trademark Co. Ltd BTM u Brouwerij Van Honsebrouck.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brouwerij Van Honsebrouck għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Beverage Trademark Co. Ltd BTM.