Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2013 – Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs UASI – Carolus C. (English pink)

(Kawża T-378/13)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja) u Star Fruits Diffusion (Caderousse, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carolus C. BVBA (Nieuwerkerken, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4, fis-sens li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni tar-rikorrenti għandha tintlaqa’;

sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Carolus C.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “English pink” għal prodotti fil-klassi 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 610 768Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “PINK LADY” u trade marks figurattivi li jinkludu l-elementi verbali “Pink Lady” għal prodotti fil-klassijiet 16, 29, 30, 31 u 32Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-prinċipju ta’ res judicata;ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artik

olu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;ks

ur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.