Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 – ultra air vs UASI - Donaldson Filtration Deutschland (ultra.air ultrafilter)

(Kawża T-377/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 1100/2011-4;

tordna li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Donaldson Filtration Deutschland GmbH, sa fejn din tipparteċipa f’din il-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: “ultra.air ultrafilter” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 11, 37 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 7 480 585Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Donaldson Filtration Deutschland GmbHMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġuni assoluta ta’ invalidità tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark iddikjarata invalidaMotivi invokati:– ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;– ksur tal-A

rtikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009;– ksur tat

-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;– ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament

Nru 207/2009.