Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2013 – Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein vs BĊE

(Kawża T-376/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Hoepner, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-16 ta’ April 2013, fil-verżjoni tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 (LS/MD/13/313), sa fejn ma ġietx milqugħa t-talba għal aċċess għall-Anness A u B tal-“ Exchange Agreement dated 15. February 2012 among the Hellenic Republic and the European Central Bank and the Eurosystem NBCs listed herein”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-bażi tad-deċiżjoni

Ir-rikorrent jallega li, bid-Deċiżjoni BĊE/2011/6 1 tiegħu, il-BĊE estenda b’mod sostantiv, mingħajr awtorizzazzjoni suffiċjenti, il-motivi ta’ rifjut stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 2 .

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-forom proċedurali sostanzjali. F’dan ir-rigward, huwa jesponi li skont l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE għandu jissodisfa rekwiżiti stretti u li l-argumenti tal-konvenut fid-deċiżjoni ikkontestata ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt sostantivF’dan il-kuntest, ir-rikorrent jinvoka ksur tad-dritt sostantiv, billi jsostni li, minħabba motivazzjoni insuffiċjenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tar-rikorrent ta’ aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 15(3) TFUE. Barra minn hekk, ir-rifjut tal-aċċess huwa sproporzjonat.