Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2015 – KSR vs UASI – Lampenwelt (Moon)

(Kawża T-374/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali Moon – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Natura deskrittiva – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KSR Kunststoff Rotation GmbH (Wehr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u M. Nielen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn D. Walicka u finalment minn A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lampenwelt GmbH & Co. KG (Schlitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother, P. Mes, C. Graf von der Groeben, J. Künzel, J. Bühling, D. Jestaedt, M. Bergermann, A. Kramer, J. Vogtmeier u A. Verhauwen, avukati)SuġġettRikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2013 (Każ R 676/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lampenwelt GmbH & Co. KG u KSR Kunststoff Rotation GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.KSR Kunststoff Rotation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.