Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein vs BĊE

(Kawża T-376/13) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258/KE – Ftehim ta’ skambju tal-15 ta’ Frar 2012 bejn il-Greċja u l-BĊE u banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema – Annessi A u B – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Interess pubbliku – Politika monetarja tal-Unjoni u ta’ Stat Membru – Sitwazzjoni finanzjarja tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema – Stabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Hoepner u D. Unrau, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, S. Lambrinoc u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann u P. Gey, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE, tat-22 ta’ Mejju 2013, ikkomunikata lir-rikorrenti b’ittra tal-president ta’ dan, li tiċħad parzjalment talba ta’ aċċess għall-Annessi A u B tal-“Exchange agreement dated 15 February 2012 among the Hellenic Republic and the European Central Bank and the Eurosystem NCBs listed herein” (ftehim ta’ skambju tal-15 ta’ Frar 2012 bejn ir-Repubblika Ellenika u l-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li huwa jelenka).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Versorgungswerk der Zahnärztekammer Schleswig-Holstein hija kkundannata għall-ispejjeż.