Language of document : ECLI:EU:T:2015:84





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 —
Innovation First vs UASI (NANO)

(Kawża T‑379/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NANO — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Eżami ex officio tal-fatti — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 27)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 39, 40)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 40-42)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali NANO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 44, 54, 58-63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ April 2013 (Każ R 1271/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NANO bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Innovation First, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.