Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/13)1

[“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Għajnuna ġdida”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA (Zamudio, Espagne) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Ruiz García, J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Muñoz de Juan, sussegwentement minn J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (représentants : F. González Díaz, F. Salerno et V. Romero Algarra, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk relatati mal-pr

oċedura

prinċipali sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.Il-Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 304, 19.10.2013.