Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Frar 2024 – YC vs Stadt Wuppertal

(Kawża C-130/24, Stadt Wuppertal)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YC

Konvenut: Stadt Wuppertal

Domandi preliminari

Id-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE jiddependi fuq jekk proċedura ta’ viża, li hija meħtieġa mil-liġi għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza nazzjonali, tistax titlesta b’mod raġonevoli f’perijodu ta’ żmien qasir u li jista’ jiġi limitat b’mod affidabbli?

Id-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE jirriżulta bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, b’tali mod li jeħtieġ biss li jiġi ċċertifikat mill-awtoritajiet nazzjonali, jew tali dritt ta’ residenza għandu jingħata b’mod konstituttiv mill-awtoritajiet nazzjonali?

Fil-każ li d-dritt ta’ residenza jirriżulta awtomatikament bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni: f’liema mument jirriżulta d-dritt?

Fil-każ li d-dritt ta’ residenza għandu jingħata mill-awtoritajiet nazzjonali: f’liema mument għandu jingħata dan b’mod retroattiv?

____________