Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-14 ta’ Marzu 2024 – YX, Logistica I Gestio Caves andorrannes I Vida SA vs Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Directeur général des douanes et droits indirects

(Kawża C-206/24, Logistica I Gestio Caves andorrannes I Vida)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YX, Logistica I Gestio Caves andorrannes I Vida SA

Konvenuti: Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance, Directeur général des douanes et droits indirects

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru [1]430/79 tat-2 ta’ Lulju 1979 dwar il-ħlas lura jew il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni 1 , irripetut fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità 2 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rimbors ex officio tad-dazji doganali miġbura minn awtorità doganali huwa limitat għal perijodu ta’ tliet snin mid-data tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija dazji mill-awtorità inkarigata mill-irkupru jew li l-amministrazzjoni doganali għandha tkun f’pożizzjoni li tikkonstata, fi żmien tliet snin mill-avveniment li ta lok għad-dazji, li d-dazji ma kinux dovuti?

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru [1]430/79, irripetut fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tar-Regolament Nru 2913/92, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rimbors ex officio tad-dazji doganali miġbura minn awtorità doganali huwa suġġett għall-għarfien, minn din tal-aħħar, tal-identità tal-operaturi kkonċernati kif ukoll tal-ammonti li għandhom jiġu rrimborsati lil kull wieħed minnhom, mingħajr hija ma jkollha twettaq riċerki fil-fond jew sproporzjonati?

____________

1 ĠU 1979, L 175, p. 1.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.