Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bottrop (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2021 – Fuhrmann-2-GmbH vs B.

(Kawża C-249/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bottrop

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fuhrmann-2-GmbH

Konvenut: B.

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk buttuna jew funzjoni simili, li l-attivazzjoni tagħha hija parti minn proċess ta’ ordni permezz ta’ kuntratt mill-bogħod konkluż elettronikament fis-sens tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni u li ma hijiex akkumpanjata mill-kliem “ordni b’obbligu ta’ pagament”, hijiex simili għal formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li tindika lill-konsumatur li l-ordni hija marbuta ma’ obbligu ta’ ħlas lill-kummerċjant, hija rilevanti biss l-indikazzjoni li tinsab fuq il-buttuna jew il-funzjoni simili?

____________

1     ĠU 2011, L 304, p. 64.