Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Frar 2021 – RegioJet a. s. vs České dráhy a.s.
(Kawża C-104/21)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RegioJet a. s.
Konvenut: České dráhy a.s.
Domandi preliminari
Il-vetturi ta’ informazzjoni li fihom informazzjoni f’forma kartaċea għall-passiġġieri u li tinsab ġewwa l-istazzjonijiet ferrovjarji huma faċilitajiet ta’ servizz fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea 1 ?
Konformement mal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea d-Direttiva 2012/34 tivvinkola lil České dráhy a. s. bħala Stat f’sens wiesa’? Individwi jistgħu jinvokaw kontra České dráhy a. s. l-effett dirett tad-Direttiva trasposta b’mod irregolari jew mhux trasposta fid-dritt nazzjonali?
____________
1 ĠU 2012, L 343, p. 32, rettifiki fil-ĠU 2015, L 67, p. 32, u fil-ĠU 2015, L 196, p. 67.