Language of document : ECLI:EU:T:2010:556





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 – Uspaskich vs Il-Parlament

(Kawża T-507/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Tneħħija tal-immunità ta’ membru tal-Parlament Ewropew – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ deputat - Nuqqas ta’ ksur tad-dritt li jiġi eżerċitat b’mod liberu l-mandat parlamentari u tal-funzjonament tajjeb tal-Parlament - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19, 26, 27, 31, 32)

3.                     Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Atti tal-Parlament intiżi li jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ terzi - Deċiżjoni dwar it-tneħħija tal-immunità ta’ deputat - Inklużjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Protokoll fuq il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej) (ara l-punt 24)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, tas-7 ta’ Settembru 2010, dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.