Language of document : ECLI:EU:T:2014:508





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2014 –

Golam vs UASI – Pentafarma (METABOL)

(Kawża T‑486/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABOL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti METABOL‑MG – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Portata identika gaħl dik tal-Artikolu 296 TFUE (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 29, 50)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali METABOL u METABOL‑MG (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 30, 41, 46-48, 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad‑19 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1901/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pentafarma‑Sociedade Tecnico‑Medicinal, SA u Sofia Golam.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.