Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Basic vs UASI – Repsol YPF (basic)

(Kawża T-372/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva basic – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BASIC – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-servizzi – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Basic AG Lebensmittelhandel (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Altenburg u H. Bickel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1440/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Repsol YPF, SA u Basic AG Lebensmittelhandel.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Basic AG Lebensmittelhandel hija kkundannata għall-ispejjeż.