Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Ottubru 2021 – St. Hippolyt vs EUIPO – Raisioaqua (Vital like nature)

(Kawża T-351/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vital like nature – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea VITAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: St. Hippolyt Holding GmbH (Dielheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Raisioaqua Oy (Raisio, il-Finlandja) (rappreżentant: K. Rantala, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1279/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Raisioaqua u St. Hippolyt Holding.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

St. Hippolyt Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.