Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen Sad - Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fil-11 ta' Novembru 2011 - "Menidzharski biznes reshenia" OOD vs Direktor na Direktsia "Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto" - Veliko Tarnovo

(Kawża C-572/11)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad - Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: "Menidzharski biznes reshenia" OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia "Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto" - Veliko Tarnovo

Domanda preliminari

F'każ bħal dak fil-kawża prinċipali u fid-dawl tal-prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' aspettativi leġittimi, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 203 flimkien mal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE , tat-28 Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista' jkun irrifjutat tnaqqis mill-VAT, minkejja li jiġi eliminat kull riskju ta' telf ta' dħul mit-taxxi, jekk dan ir-riskju jiġi biss eliminat fir-rigward tad-dħuliltà tal-VAT muri fil-fattura tal-fornitur mat-Teżor Pubbliku, mingħajr ma t-tneħħija tar-riskju ta' telf mid-dħul mit-taxxa taffettwa l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet tal-fornitur li rriżultaw mill-kontenut frawdolenti tal-fattura, li fiha l-VAT kien muri bħala li għandu jitħallas mill-fornitur?

____________

1 - ĠU L 347, p. 1.